Mara li l-identità tagħha għadha mhix magħrufa sparat u darrbet tliet persuni fil-kwartieri ġenerali ta’ YouTube f’Kalifornja, qabel ma mbagħad qatlet lilha nnifisha.
Raġel ta’ 36 sena li jinsab f’qagħda kritika huwa maħsub li kien is-sieħeb tagħha.
Miegħu ndarbu wkoll żewġ nisa ta’ 32 sena u 27 sena rispettivament.
Għadu mhux magħruf il-mottiv wara dan l-attakk, li seħħ fil-kwartieri ta’ kumpanija li tħaddem madwar elfejn persuna.
Impjegati ta’ YouTube ddeskrivew xeni ta’ paniku waqt li kien qed iseħħ l-attakk.
Rapport tal-FBI wera li minn mija u sittin inċident ta’ dan it-tip bejn is-sena 2000 u l-2013, kienu biss sitta li nvolvew aggressur mara.