Persuna nqatlet u tlieta oħra ndarbu fi sparatura li seħħet ġo dar li tinsab fi triq viċin il-Parlament fil-kapitali Kanadiża ta’ Ottawa. Meta l-Pulizija waslu fuq il-post, sabu xena ta’ erba’ persuni mixħutin fl-art milqutin b’tiri.
Persuna minnhom mietet fuq il-post u t-tlieta l-oħra ttieħdu l-isptar f’qagħda kritika.
L-awtoritajiet għadhom għaddejjin bi tfittxija għall-aggressur.