Sparaturi fiċ-ċentru tax-xiri fi Munich li ħallew disa’ persuni mejta seħħet minn raġel wieħed armat. Il-Pulizija Ġermaniża qalet li r-raġel qatel lilu nnifsu wara l-attakk.
Għadu mhux ċar x’kienet ir-raġuni wara l-attakk li għamel is-suspettat, li għandu biss tmintax-il sena.
Minbarra dawk mejta, sittax-il persuna sfaw midruba, bi tlieta minnhom b’mod kritiku. Operazzjoni kbira ta’ salvataġġ bdiet wara li nstemgħu sparaturi fiċ-ċentru tax-xiri Olympia, li jinsab fis-distrett Moosach u wara li rapporti qalu li kien hemm mat-tliet persuni armati involuti fl-attakk.
Il-ġisem tas-suspettat instab madwar kilometru bogħod mill-istess ċentru tax-xiri. Dan seħħ wara li l-awtoritajiet avżaw lin-nies sabiex jibqgħu d-dar u ma joħorġux fit-toroq. Ħaddiema fil-ħwienet ma tħallewx jitilqu mill-binja. It-trasport pubbliku kien għal xi ħin sospiż u l-istazzjon tal-ferrovija ċentrali kien evakwat.
Għalhekk tnediet il-hashtag #Offenetür fuq Twitter; kelma li tfisser ‘bieb miftuħ’. Volontiera fetħu djarhom għal dawk li spiċċaw ma jafux fejn se jmorru.
Matul il-jum mistenni jiltaqa’ l-kabinett tas-sigurta tal-gvern hekk kif il-forzi tas-sigurtà Ġermaniżi ilhom attenti wara li żagħżugħ immigrant darab ħames persuni li kienu fuq ferrovija fi-Bavaria nhar it-Tnejn li għadda.
Ritratti: AP
https://www.youtube.com/watch?v=qqLTjaKz5hg