Koppja tħarbtulha l-pjanijiet illum il-Ġimgħa 30 ta’ Marzu 2018 f’Colomiers, fis-subborgi tal-Punent ta’ Toulouse, waqt is-sewqan meta numru ta’ tiri ġew sparati fid-direzzjoni tagħhom b’konsegwenzi koroh.
Rahim Namazov, li jippreżenta lilu nnifsu bħala ġurnalist Azeri fl-eżilju, indarab serjament f’daharu, skond is-sorsi tal-pulizija fil-pajji. Martu Aida, mietet.
Skond l-istess sors, għall-ħabta tad-9.00 il-koppja kienet qed tivvjaġġa meta diversi tiri kienu sparati fid-direzzjoni tagħhom.
L-investigazzjoni ġiet fdata lill-pulizija ġudizzjarja ta’ Toulouse.