“Aħfirli, tisparax”
Kliem li nstema’ waqt telefonata tal-waħx li ġiet irreġistrata man-numru ta’ emerġenza 911.
Aktarx leħen waħda miż-żewġt’ibniet li ommhom qatlet f’Texas. Ftit wara tinstema tfajla titlob dawn il-kliem preċiżi: “Please! I’m sorry! Please! Don’t point that gun at her!” Aktarx kliem waħda mill-bniet meta l-omm dehret li se toqtol lit-tnejn li huma.
Christy Sheats ta’ 42 sena tbati minn dipressjoni u għamlet diversi attentati biex tneħħi ħajjitha. Hi u żewġha Jason kienu waslu biex jiddivorzjaw. Investigaturi mhux jifmhu għaliex, minkejja li kellha ħafna opportunitajiet biex tweġġa’ lil żewġha fid-dar tagħhom, għażlet li ddur għaż-żewġt’ibniet ta’ 17 u 22 sena. Qed jaħsbu li jista’ jkun riedet tweġġa’ lil-żewġha tant li ħaditlu dawk l-aktar għeżież għalih. Infatti l-isparar seħħ f’għeluq snin żewġha u fl-istess ġimgħa meta binthom il-kbira kellha tiżżewweġ. L-aħħar ġlieda seħħet meta l-omm ma riditx tħalli lil binthom toħroġ mid-dar u tara lil dak li kien se jkun żewġha – ħaġa li missier l-għarusa ma qabel xejn magħha.
Fit-telefonata t’emerġenza, ir-raġel jistema’ jwiegħed lill-mara li se jtiha kull ma trid, imbasta tieqaf. F’telefonata oħra, ġara taggħom tiddeskrivi lill-bniet Madison u Taylor mal-art bla ħajja, barra darhom. Tiddeskrivi lil mara għarkuptejha ħdejn binthom il-kbira u ttiha tiri sakemm mietet.
Iż-żwieġ bejn il-koppja Sheats mar lura meta miet in-nannu tagħha, li kien qrib ħafna tagħha.
F’Marzu kitbet favur li l-Amerikani jżommu pistoli għandhom, u qalet li tkun ħaġa traġika jekk ineħħulha l-possibiltà tipproteġi lil familtha f’każ ta’ bżonn.
F’kitba oħra fuq Facebook awgurat jum tajjeb lil bniet tagħha, li ddeskriviethom bħala ‘ħelwin, sbieħ u intelliġenti’