Tiraturi maltin qed jieħdu sehem fl-ISSF World Cup Shotgun li qed isiru f’Doha.
Dan l-avveniment qed jara 352 tiratur minn 63 pajjiż jieħdu sehem.
Intemmet il-kompetizzjoni Skett, fejn it-tiratur malti Clive Farrugia irnexxielu jikkwalifka għax-shoot-off għal post fil-finali. Sfortunatament huwa safa’ eliminat bi skor ta’ 122/125 +1.
Farrugia laqat 72/75 plattina fl-ewwel ġurnata u straights ta’ 50/50 fit-tieni ġurnata.
Fil-kwalifikazzjoni spiċċa fil-11 il-post minn 114 tiratur.
Fl-istess kompetizzjoni Marcello Attard kellu riżultat tajjeb b’119/125 filwaqt li Liam Sciberras u Marlon Attard spiċċaw b’riżultat ta’ 115/125 kull wieħed.
Id-dehb intrebaħ mi-taljan Gabriele Rossetti segwiet mill-amerikan Vincent Hancock u t-taljan Luigi Lodde rispettivament.
Issa jmiss lit-team malti tat-Trap li jidħol fl-azzjoni aktar tard din il-ġimgħa.