James Galea Jr. rebaħ il-kompetizzjoni Trap ta’ Santa Marija li saret fi tmiem il-ġimgħa fis-Southern Shooting Club.
William Chetcuti spiċċa t-tieni filwaqt li Gianluca Chetcuti temm fit-tielet post.
Il-kompetizzjoni kienet mifruxa fuq jumejn u kienet tikkonsisti minn tliet rounds ta’ 25 plattina fl-ewwel ġurnata u żewġ rounds ta’ kwalifikazzjoni fit-tieni ġurnata li ġew segwieti mill-finali.
Ir-riżultati wara l-ewwel fażi kienu:
1. GALEA James Jr. 47/50
2. CHETCUTI William 45/50
3. CHETCUTI Gianluca 33/40
4. GALEA Brian 29/35
5. CIAPPARA Anglu 21/30
6. SCIBERRAS Nico 17/25
Ir-riżultati tal-klassijiet kienu dawn:
Class A
1.CHETCUTI Gianluca 123/125
2. CHETCUTI William 118/125
3. GALEA James Jr. 118/125
Class B
1. XUEREB Johan 113/125
2. COLEIRO Jean Pierre 108/125
3. BUSUTTIL Mariah 108/125
Class C
1. BRIFFA Charles 94/125
2. CASSAR Vincent 92/125
3. CAMILLERI Joseph 89/125
Gianluca Chetcuti kien l-aħjar titratur fl-ewwel u t-tieni ġurnata. Huwa laqat 74/75 plattina fl-ewwel ġurnata u 49/50 fit-tieni ġurnata. Chetcuti b’hekk laġaq lit-tiratur magħruf Joe Attard bi skor totali ta’ 123/125. Total li kien ilu mill-1995. Dan huwa l-aħjar skor totali li qatt inkiseb fis-Southern Shooting Club f’kompetizzjoni Trap.
Il-kategorija tan-Nisa intrebġet minn Mariah Busuttil filwaqt li Nico Sciberras rebaħ il-kategorija taż-Żgħażagħ. Joseph Camilleri kien ir-rebbieħ fost il-veterani.
Il-programm tal-Federazzjoni Maltija Sport tal-iSparar ikompli il-Ħadd 20 ta’ Awwissu bil-kompetizzjoni Trap 50+50 fir-Ranges Nazzjonali Ta’ Kandja.