Għat-tieni sena konsekuttiva il-Malta Shooting Sport Federation (MSSF) se torganizza il-Grand Prix tad-dixxiplina ‘Down The Line’ (DTL) gewwa is-shooting ranges tal-Bidnija. Il-kompetizzjoni se tiġi organizzata fuq 200 plattina u ħa sseħħ fuq jumejn, nhar is-Sibt 10 t’Awwisu u il-Hadd 11 t’Awwisu.
Għal din il-kompetizzjoni se jieħdu sehem 40 tiratur. It-taħriġ għal din il-kompetizzjoni ilu għaddej għal bosta ġimgħat b’ħafna mit-tiraturi jattendu għal sessjonijiet ta’ taħriġ kull tmiem il-ġimgħa.
Din id-dixxiplina hija pjuttost ġdida għal pajjiżna u qed ikun hemm interess min bosta tiraturi sabiex jipprattikawha.
Għall-ewwel darba, diversi tiraturi fi ħdan l-MSSF ħadu sehem fil-World Cup li ssir kull sentejn u kien hemm riżultati inkoraġġanti li jimlewna b’kuraġġ biex inkomplu naħdmu biex aktar tiraturi jiprattikaw din id-dixxiplina u jkollna iktar rizultati pożittivi.