Clive Farrugia rebaħ it-tieni Skeet Selection Shoot tal-istaġun li saret fil-Bidnija fi tmiem il-ġimgħa. Matthias Azzopardi u Andre Cassar spiċċaw it-tieni u t-tielet rispettivament.
L-avveniment kien decider għat-tiraturi Skeet sabiex jikkompetu fl-ISSF Final Olympic Qualification Championship f’Doha il-Qatar.
Ta’ nota l-iskor ta’ kwalifikazzjoni li kiseb Marlon Attard, skor ta’121/125, bi tliet straights perfetti ta’ 25/25 u tnejn ta’ 23/25.
Andre Cassar ukoll kellu straight perfett ta’ 25/25 fl-ewwel ġurnata ta’ kompetizzjonijiet.
Is-sitt finalisti u l-iskors ta’ kwalifikazzjoni tagħhom kienu:
ATTARD Marlon bi skor ta’ 121/125, FARRUGIA Clive bi skor ta’ 118/125, ATTARD Marcello laqat 116/125, CASSAR Andre 115/125, AZZOPARDI Matthias laqat 109/125 u SCIBERRAS Liam kellu skor ta’ 103/125.
Ir-riżultat finali kien:
1. FARRUGIA Clive 52/60
2. AZZOPARDI Matthias 47/60
3. CASSAR Andre 40/50
4. SCIBERRAS Liam 31/40
5. ATTARD Marcello 22/30
6. ATTARD Marlon 13/20
L-atleti li se jikkompetu f’Doha għall-ISSF Final Olympic Qualification Championship huma Clive Farrugia, Marcello Attard u Marlon Attard.