FARRUGIA Clive rebah it-tielet Skeet Selection Shoot 2025.
SCIBERRAS Liam u CASSAR Andre kisbu t-tieni u t-tielet post rispettivament.
Dan l-avveniment sar fil-Malta National Shooting Ranges u din kienet l-aħħar sparatura għall-parteċipazzjoni fl-ISSF World Cup Nicosia, CYP 2025 u l-ISSF Junior World Cup Suhl, GER 2025.
L-Atleta Junior promettenti, CASSAR Andre laħaq il-kriterji tal-MSSF biex jipparteċipa fiż-żewġ avvenimenti.
Is-sitt Finalisti fl-ordni tan-numru tal-bib skont il-punteġġi ta’ kwalifikazzjoni tagħhom kienu; SCIBERRAS Liam bl-iskor ta’ 121/125, CASSAR Andre kisser 119/125, FARRUGIA Clive laqat 118/125, ATTARD Marlon 113/125, CALLEJA Lara 102/125 u GALEA Mikaela 96/125.
Ir-Riżultat tal-Finali kien:
1 FARRUGIA Clive 53/60
2 SCIBERRAS Liam 52/60
3 CASSAR Andre 41/50
4 ATTARD Marlon 31/40
5 CALLEJA Lara 22/30
6 GALEA Mikaela 14/20
Ir-rebbieħa f’kull Klassi kienu:
Klassi A
1 SCIBERRAS Liam 121/125
2 CASSAR Andre 119/125
3 FARRUGIA Clive 118/125
Klassi B
1 CALLEJA Lara 102/125
2 GALEA Mikaela 96/125
Is-Selection ta l-iSkeet li jmiss se ssir fil-31 ta’ Mejju u l-1 ta’ Ġunju 2025 fil-Malta National Shooting Ranges.