It-tiratur malti tal-iskeeet Clive Farrugia irnexxielu jasal sal-fażi finali tal-Kampjonat tad-Dinja ISSF f’ Larnaca Ċipru.
Din kienet l-ewwel darba li atleta malti tal-Iskeet irnexxielu jasal sal-finali tal-Kampjonat tad-Dinja ISSF.
Huwa ikkwalifika bi skor ta’ 121/125 +9 shoot-off.
Wara l-fażi finali Clive Farrugia temm il-kompetizzjoni fit-tmien post overall minn 119 tiratur li ħadu sehem.
Dan ir-riżultat saħħaħ il-pożizzjoni tiegħu fir-rankings ta’ kwalifikazzjoni għal-Logħob Olimpiku ta’ Pariġi 2024.
Ir-riżultati l-oħra tat-tiraturi malti fl-istess kompetizzjoni kienu:
L-aħwa Marlon u Marcello Attard kellhom skors ta’ 113/125.
Liam Sciberras u ż-żagħżugħ Matthias Azzopardi kellhom skor ta’ 109/125 u 107/125 rispettivament.
Issa jmiss li jidħlu fl-azzjoni it-tiraturi maltin tat-Trap. Team kompost minn żewġ tiraturi nisa u ħamsa irġiel.