Malta ħadet sehem fit-53 edizzjoni tal-Kampjonat tad-Dinja tal-iSparar f’Baku l-Azerbaijan.
Total ta’ 1249 atleta minn 101 pajjiż differenti ħadu sehem f’dan il-Kampjonat.
Fl-iSkeet Malta kienet rappreżentata mit-tiraturi Clive Farrugia, Liam Sciberras u Andre Cassar.
Clive Farrugia kellu riżultat tajjeb ħafna meta laqat total ta’ 122 minn 125 plattina li ratu jkun plattina waħda biss ‘il bogħod minn shoot off għal fażi finali.
B’dan ir-riżultat il-qualification ranking tiegħu għal-Logħob Olimpiku ta’ Pariġi 2024 huwa s-17 -il post B’4666 punt.
Min-naħa tagħhom Liam Sciberras u Andre Cassar kellhom riżultat ta’ 119/125 u 118/125 rispettivament.
Fil-kompetizzjoni Trap tan-Nisa, Mikaela Galea kellha skor ta’ 113/125.
Gianluca Chetcuti, James Galea JR u Nico Sciberras ikkompetew fit-Trap tal-irġiel. Chetcuti kellu skor ta’ 118/125, Galea 115/125 u Sciberras 112/125.
L-avveniment internazzjonali li jmiss huwa l-Kampjonat EWropew li se jsir f’Osijek il-Kroazja bejn it-8 u s-27 ta’ Settembru.