L-atleta żagħżugħ Andre Cassar rebaħ is-sitt Skeet Selection Shoot tal-istaġun, kompetizzjoni li saret fil-Malta National Shooting Ranges.
L-aħwa għawdxin Marlon u Marcello Attard spiċċaw fit-tieni u fit-tielet post rispettivament.
Cassar kien f’forma mill-aqwa u laqat 120/125 plattina fil-kwalifikazzjoni u 56/60 fil-fażi finali.
Is-sitt finalisti kellhom dawn ir-riżultati fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni: CASSAR Andre 120/125, ATTARD Marlon 116/125, SCIBERRAS Liam 115/125 +12 Shoot-off, AZZOPARDI Matthias 115/125 +11 Shoot-off, ATTARD Marcello 113/125 u MUSCAT Joseph 104/125.
Ir-riżultati finali kienu:
1 CASSAR Andre 56/60
2 ATTARD Marlon 51/60
3 ATTARD Marcello 43/50
4 AZZOPARDI Matthias 34/40
5 SCIBERRAS Liam 25/30
6 MUSCAT Joseph 10/20
Ir-rebbieħa tal-klassijiet kienu:
Class A
1 CASSAR Andre 48/50
2 ATTARD Marlon 48/50
3 ATTARD Marcello 46/50
Class B
1 MUSCAT Joseph 39/50
2 GALEA Mikaela 38/50
3 CALLEJA Lara 33/50
Il-kompetizzjoni Skeet li jmiss issir fl-14 u 15 ta’ Diċembru fil-Malta National Shooting Ranges.