Passiġġiera Spanjola li waslet fuq titjira minn Spanja, kellha aktar minn 5 kilogrammi droga.
Il-mara qajmet suspett mal-wasla tagħha f’pajjiżna, u ttieħdet għal screening mill-uffiċjali tad-Dwana, fejn sarulha wkoll tfittxijiet fuq persuntha u fuq l-affarijiet li kellha magħha.
Irriżulta li l-mara kellha boroż b’sustanza ħadra suspettata kannabis. B’kollox ġew elevati total ta’ 5.6 kilogrammi ta’ din is-sustanza.
Bil-każ ġew infurmati l-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga li arrestaw lill-mara. Hija mistennija titressaq il-Qorti fis-sigħat li ġejjin.