Waqt tfittxija li saret fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta mill-uffiċjali tad-Dwana, passiġġiera Spanjola nstabilha fuqha iktar minn 9 kilogrammi ta’ droga kokaina filwaqt li persuna oħra li kienet qed takkumpanjaha kellha fil-pussess tagħha is-sustanza kokaina u ecstacy.
Iż-żewġ passiġġieri ġew f’Malta b’titjira minn Madrid fi Spanja u s-sejba nstabet matul operazzjoni ta’ rutina waqt li l-bagalja kienu qed jiġu skrinjata u qajjmet suspett.
Minn tfittxija li saret irriżulta li l-bagalja kellha qiegħ falz fejn hemmhekk instabet aktar minn 9 kilogramma ta’ sustanza bajda Kokaina.
Il-passiġġiera Spanjola nżammet arrestata u huwa mistenni li dawn iż-żewġ passiġġieri jitressqu l-Qorti fis-sigħat li ġejjin.