Abel Hernandez Vazquez, Spanjol ta’ 32 sena u li joqgħod San Ġiljan wieġeb mhux ħati wara li tressaq il-Qorti akkużat b’pussess ta’ droga suspettata kannabis.
L-akkużat ġie arrestat nhar il-Ħamis li għadda, wara li uffiċjali tad-Dwana kellhom suspett fl-Ispanjol mal-wasla tiegħu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta b’titjira minn Madrid.
Wara li saru tfittxijiet, instab li kellu kilo droga suspettata kannabis kif ukoll 100 gramma suspettata reżina tal-kannabis.
Id-Difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest, filwaqt li l-Qorti li kienet ipperseduta mill-Maġistrat Ian Farrugia ffriżat l-assi tal-imputat skont il-liġi Maltija.
Il-Prosekuzzjoni kienet immexxija mill-Ispettur Alfredo Mangion u għall-akkużat dehru l-Avukati Joseph Calleja u Natalino Caruana de Brincat.