Fl-aħħar jiem, partijiet mill-Italja u Spanja ntlaqtu minn maltempata b’riħ qawwi.
Fi Spanja, dan laqat fosthom lil Mallorca, Katalonja, Barċellona u Valencia.
B’dan wassal biex inqaċtu siġar, waqt li bosta sewwieqa kienu f’kundizzjonijiet mill-aktar koroh.
Uffiċjali tas-salvataġġ salvaw sewwieq ta’ mutur li nqabad f’dawn l-ilmijiet qawwija u nqabad taħt pont.
Fin-naħa ta’ fuq tal-Italja, fir-reġjun tal-Lombardija, ir-riħ qawwi waqqa’ s-siġar u anki kisser is-soqfa tad-djar.
Min-naħa l-oħra, fil-Greċja, aktar minn 600 pumpier qed jissieltu nirien kbar.
Dan hekk kif qed ikunu missielta tliet nirien qawwija f’postijiet differenti.
Fil-Greċja qed tintbagħat l-għajnuna minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, li qed jgħinu lill-uffiċjali tal-lokal.