Spanja qed tikkunsidra bidliet kostituzzjonali li jistgħu jippermettu li fil-futur ir-reġjuni tagħha jkollhom referendum għall-indipendenza .
Dan qalu l-Ministru Spanjol għall-Affarijiet Barranin Alfonso Dastis waqt intervista ma’ BBC, fejn żied jgħid li jaf ikun hemm votazzjoni fil-pajjiż kollu fuq il-kwistjoni.
Dan il-pass qed isir wara dak li seħħ f’Katalunja, fejn il-gvern reġjonali tneħħa wara li saret dikjarazzjoni unilaterali ta’ indipendenza.
Dan filwaqt li saru diversi protesti kontra d-detenzjoni tal-eks mexxejja tar-reġjun.