Il-gvern ċentrali ta’ Spanja issa ħa l-kontroll tal-istituzzjonijiet Katalani, filwaqt li qed jiġu mħejjija proċeduri kriminali kontra Puigdemont u uffiċjali oħra Katalani talli kissru l-liġi Spanjola.
Il-Ministru għall-Affarijiet barranin Spanjol irrepeta l-pożizzjoni tal-gvern tiegħu li l-mexxej imkeċċi ta’ Katalunja jista’ jiddeċiedi li jikkontesta l-elezzjonijiet il-ġodda f’Diċembru iżda saħaq li dan biss jekk ma jkunx il-ħabs.
Alfonso Dastis qal dan f’rally għall-unita’ fi Spanja li saret fl-akbar belt ta’ Katalunja, Barċellona.
Carles Puigdemont tkeċċa mill-uffiċċju tiegħu wara li Madrid neħħiet l-awtonomija ta’ Katalunja hekk kif il-Parlament iddikjara l-indipendenza.
Intant, Puigdemont qal li ma jirrikonoxix l-ordni minn Madrid li wasslet biex tneħħa mill-poter.