Il-Ministeru tal-Ugwaljanza fi Spanja nieda kampanja ġdida biex iħeġġeġ lin-nisa ma jinkwetawx fuq id-dehra tagħhom u jgawdu s-sajf billi jmorru l-baħar.
Il-kampnja bl-isem ta’ “Is-sajf tagħna wkoll,” permezz ta’ poster b’ħames nisa li jirriflettu d-diversità.
Il-Ministru tas-Servizzi Soċjali tenniet li kull mara, hi kif inhi l-figura tagħha, għandha tħossha kunfidenti biex tgawdi s-sajf.
Antonia Morillas, li tmexxi l-Istitut Spanjol tan-Nisa, qalet li l-aspettattivi fuq id-dehra tan-nisa mhux biss taffettwalhom il-kunfidenza fihom infushom imma ċċaħħadhom mid-drittijiet.
Ir-riklam imxandar ta’ din l-inizjattiva jgħid li “Illum niċċelebraw sajf għal kulħadd, mingħajr sterjotipi u vjolenza estetika kontra ġisimna”.
Minkejja dan kollu, mhux kulħadd ħareġ sodisfatt b’din l-inizjattiva hekk kif kien hemm min ikkritika l-fatt li ma tinkludix lill-irġiel.