Spanja se tagħti r-raba’ doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19.
Dan se jkun qed jingħata lil dawk vulnerabbli u se tingħata ħames xhur wara li wieħed ikun ħa t-tielet doża.
Din ir-raba’ doża se tkun qed tingħata lil madwar 120,000 persuna, li huma kkunsidrati bħala vulnerabbli.
L-awtoritajiet tas-saħħa Spanjoli ħabbru li minn issa se jagħtu d-doża tal-booster lil dawk li għandhom ’il fuq minn 18-il sena. Dan hekk kif id-doża tal-booster fi Spanja kienet qed tingħata lil dawk li għandhom aktar minn 40 sena.
Pajjiżi bħaċ-Ċilì u l-Iżrael diġà bdew jagħtu r-raba’ doża lil dawk vulnerabbli, waqt li pajjiżi bħad-Danimarka, bħal Spanja, approvaw li din ir-raba’ doża tingħata lil dawk l-aktar vulnerabbli.