Il-Parlament Spanjol approva l-liġi li tippermetti l-ewtanasja b’202 vot favur u 141 vot kontra. Spanja saret ir-raba’ pajjiż tal-Unjoni Ewropea li għaddiet din il-liġi.
Id-Deputat Soċjalista Maria Luisa Carcedo qalet illi llum, il-parlament ta dritt lil persuni morda li ilhom snin jitolbu dan id-dritt.
Fid-dibattitu finali tagħha kkwotat il-każ tal-Ispanjol Ramon Sampedro li kien ipparalizzat u li kien iddokumenta s-suwiċidju assistit tiegħu lura fl-1998. Storja li kienet irrakkontata fil-film The Sea Inside fl-2004.