Il-gwardja tal-Kosta Spanjola spjegat li f’temp ta’ erbgħa u għoxrin siegħa salvat mas-sitt mitt migrant li ppruvaw jaqsmu lejn l-Ewropa mill-Marokk.
L-uffiċjali Spanjoli qalu li wħud mill-immigranti ġew salvati minn fuq dgħajjes għamla ta’ ċatri bil-pedali u saħansitra minn fuq jet ski.
Sostnew li fost l-immigranti salvati kien hemm ħamsa u tletin tifel u tifla u tarbija.
L-organizazzjoni internazzjonali tal-immigrazzjoni fi ħdan in-Nazzjonijiet Maqgħuda sostniet li għal din is-sena, sa issa fi Spanja waslu aktar minn disa’ t’elef immigrant.
Din is-sena huwa stmat li Spanja tista’ taqbeż lil Greċ ja fil-wasliet t’immigranti.
Dan hekk kif ħafna mill-Immigranti mill-Afrika qed jippreferu jużaw ċatri li jaqdfu bihom huma mill-Marokk lejn daħlet Ġibiltà milli jħallsu flejjes konsiderevoli lil minn jipprova jibgħathom lejn l-Ewropa minn post ieħor tal-kosta Afrikana.