Spanja se twaqqaf reġistru b’ismijiet ta’ min jirrifjuta li jieħu l-vaċċin kontra l-Coronavirus.
Il-Ministru tas-Saħħa Spanjol Salvador Illa qal li dan ir-reġistru se jitqassam mal-awtoritajiet tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, iżda mhux se jkun aċċessibbli għall-pubbliku jew għal min iħaddem.
Il-Ministru Spanjol ħeġġeġ biex kulħadd jitlaqqam kontra l-Coronavirus, fid-dawl li Spanja huwa fost l-aktar pajjiżi milquta mil-Covid-19 fl-Ewropa.