Spanja se tibda tissospendi l-awtonomija ta’ Katalunja fil-jum tas-Sibt, wara li l-mexxej Katalan hedded li jiddikjara l-indipendenza.
Dan hekk kif skada ż-żmien għal Katalunja biex titwaqqa abbozz ta’ seċessjoni.
Il-mexxej Katalan Carles Puigdemont ingħata sal-għaxra ta’ dalgħodu biex jikkjarifa l-pożizzjoni tiegħu.
Wara r-referendum tal-ewwel t’ Ottubru, huwa ffirma dikjarazzjoni ta’ indipendenza iżda mbagħad issospendiha, u talab għal djalogu.