Spanja qed tħejji għal elezzjoni – ir-raba’ waħda f’erba’ snin.
Din l-elezzjoni se tkun qed issir wara li l-Aġent Prim Ministru Pedro Sanchez ma rnexxilux jikseb biżżejjed appoġġ fil-Parlament biex jifforma Gvern.
Ir-Re Filippu Sitta, il-Kap tal-istat, ilu jumejn jikkonsulta ma’ mexxejja ta’ partiti rivali, iżda ma ntlaħaq l-ebda ftehim dwar kandidat għall-kariga ta’ Prim Ministru.
L-elezzjoni se ssir fl-għaxra ta’ Novembru, wara li saret waħda f’April li għadda.
Ritratt: Getty Images