Spanja qed tippjana li tintrodtuċi jiem żejda franki għan-nisa li jbatu minn uġigħ sever waqt iż-żmien tal-mestruazzjoni.
L-abbozz ta’ liġi jgħid li nisa jistgħu jikkwalifikaw għal tlett ijiem żejda franki, li jistgħu jitilgħu għal ħamest ijiem f’ċertu ċirkostanzi.
L-istess abbozz, li spiċċa f’idejn il-midja Spanjola, jaf ikollu xi tibdiliet – dan skont politiċi li qed jaħdmu proprju fuqu.
Jekk l-abbozz ta’ liġi jgħaddi, jaf ifisser li dan se jkun l-ewwel intitolament legali tat-tip tiegħu fl-Ewropa.