L-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu Standard & Poor’s ikkonfermat ir-rating stabbli għal pajjiżna.
F’rapport dettaljat dwar il-qagħda ekonomika ta’ Malta, l-esperti magħrufa li ma jħarsu lejn wiċċ ħadd qalu li qed ibassru li t-tkabbir ekonomiku ta’ Malta għandu jibqa’ ‘l fuq mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.
Fir-rapport tagħhom huma għażlu li jużaw kliem bħal “resilience”, “robust”, u “solid”, b’kuntrast għan-nuqqas ta’ fiduċja li qed juru l-aġenziji tar-ratings għal pajjiżi b’ekonomiji kbar bħall-Istati Uniti, iċ-Ċina u Franza.
Skont l-S&P Global Ratings, l-ekonomija Maltija se tikber kważi seba’ darbiet mir-rata taż-żona tal-ewro.
Dan kien attribwit għall-fattur ewlieni li l-Gvern ħa d-deċiżjoni li jżomm il-prezziiet tal-enerġija stabbli.
Dan filwaqt li ġie nnutat li l-familji f’pajjiżna għandhom tifdil ta’ darbtejn ta’ darbtejn u nofs iżjed mill-familji medja taż-żona ewro.
Għas-snin li ġejjin l-esperti internazzjonali qed ibassru li l-konsum privat se jaċċelera aktar minħabba l-fatt li l-inflazzjoni qed tonqos. Barra minn hekk huma jaħsbu li l-investiment ser jirranka fl-isfond tal-qalba diġitali u ambjentali.
Biss biss jemmnu li l-fondi tan-Next Generation EU u programmi oħra Ewropej kapaċi jżidu l-ġid nazzjonali b’0.8%.
Intant l-aġenzija tar-rating rrimarkat kif il-Gvern qed jippjana li jnaqqas il-prezz ta’ produzzjoni tal-enerġija permezz ta’ investiment fuq it-tieni interconnector flimkien ma’ proġetti oħra ta’ enerġija rinnovabbli.
Fir-rigward tal-finanzi pubbliċi dawn mistennija jitjiebu minkejja s-sostenn qawwi li qed jagħti l-Gvern fis-settur tal-enerġija. Però S&P Global Ratings iffukaw l-attenzjoni tagħhom fuq il-fatt li d-dejn tal-Gvern baqa wieħed moderat. Dan b’kuntrast għall-Oppożizzjoni li dejjem tħambaq li d-dejn nazzjonali sploda. Imma l-esperti barranin qed ibassru li d-dejn tal-Gvern Malti qatt mhu se jersaq lejn is-60%, liema figura kienet tinqabeż b’mod regolari qabel l-2013.
Il-konferma tar-rating stabbli mill-S&P Global Ratings hija l-aħħar minn serje twila ta’ ċertifikati pożittivi li ngħatat l-ekonomija ta’ pajjiżna.
B’rabta ma’ dan ir-rapport pożittiv, il-Prim Ministru Robert Abela laqa’ dan iċ-ċertifikat għal pajjiżna filwaqt li nnota kif l-esperti internazzjonali nnutaw li t-triq għal eknomija b’saħħitha hija l-investiment u mhux l-awsterità.
S&P Global Ratings say Malta's growth will “remain above European peers”because “government's decision to maintain stable energy prices softened the hit to private consumption, as it contained inflation.” The road to prosperity lies in more investment and not austerity. – RA
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) December 9, 2023