L-Awtorità tal-Ippjanar ordnat is-sospensjoni tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni f’Manoel Island sakemm titieħed deċiżjoni finali mill-istess Awtorità dwar il-masterplan fuq il-proġett ta’ Manoel Island.
Fi stqarrija l-Awtorità tal-Ippjanar qalet li dawn ix-xogħlijiet kienu jinkludu t-tqaċċit tas-siġar u t-twaqqigħ tal-Kappella ta’ San Ġorġ fost l-oħrajn.
L-Awtorità qalet li se terġa’ tirrevedi l-applikazzjoni u assigurat it-trasparenza tul il-proċess kollu.