L-awtoritajiet Franċiżi ssospendew tliet uffiċjali tal-Pulizija wara li dehru f’filmat isawtu raġel ta’ karnaġġjon skur fiċ-ċentru ta’ Pariġi.
Dan l-inċident seħħ is-Sibt u jumejn wara, il-Pulizija affaċċjaw akkużi simili wara li użaw forza mhux meħtieġa fuq numru ta’ rġiel b’karnaġġjon skur f’kamp tal-immigranti fil-kapitali Franċiża.
L-inċidenti seħħew fl-istess żmien meta l-Gvern qed jipprova jdaħħal liġijiet li jipprojbixxu l-uċuh tal-Pulizija milli jidhru f’filmati pubbliċi.
Kritiċi qed jgħidu li mingħajr filmati, l-inċidenti li seħħew din il-ġimgħa kienu jibqgħu mistura.