It-titjiriet f’Gatwick kellhom jiġu sospiżi minħabba li fl-inħawi tal-ajruport intlemħu żewġ drones.
Dan l-apparat eletroniku ntlemaħ jittajjar l-Erbgħa filgħaxija bil-konsegwenza li l-ajruplani ma setgħux jittajru- filwaqt li oħrajn li kienu appik li jaslu fl-istess mitjar kellhom jinżlu f’postijiet oħra.
Dan kollu wassal sabiex il-passiġġiera ġew imwissija li dan kollu jista’ jaffettwa wkoll l-iskeda tal-Ħamis.
Mill-inqas sitt titjiriet minn u lejn Malta ġew affettwati kawża ta’ dan kollu. Gatwick huwa wieħed mill-aktar ajruporti bieżla f’Londra, li ta’ kuljum jgħaddu miljuni ta’ passiġġieri minnu.