Iż-żagħżugħ t’20 sena li huwa suspettat li qatel lill-Pollakka jinsab fl-isptar Monte Karmeli u għalhekk il-Pulizija kellha tissospendi l-interrogazzjonijiet tas-suspettat.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li wara s-sejba tal-katavru fi Ġnien l-Indipendenza f’tas-Sliema, is-suspettat ittieħed l-isptar Mater Dei fejn ġie invistat minn tabib.
It-tabib irrefera li l-allegat qattiel lejn l-isptar tas-saħħa mentali.
Il-Pulizija kkonfermat li l-vittma hija Paulina Maria Dembska ta’ 29 sena.
Hija kienet qiegħda toqgħod f’hostel f’Tas-Sliema u kienet f’pajjiżna bħala studenta.
L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ qegħdin jitmexxew mill-Pulizija tal-Iskwadra tal-Omiċidji u dawk tad-Distrett ta’ Tas-Sliema.
Intant ONE News żvela l-isem tas-suspettat qattiel.
Abner Aquilina li jgħix iż-Żejtun ġie arrestat mill-Pulizija wara li qajjem kommossjoni fil-Knisja tal-Balluta f’tas-Sliema.