Wara laqgħat bejn il-Ministeru għas-Saħħa u l-UĦM Voice of the Workers ġie deċiż li jiġu sospiżi l-azzjonijiet industrijali li kienu fis-seħħ mid-dentisti fl-Isptar Mater Dei.
Intant iż-żewġ naħat qablu li se jkomplu d-diskussjonijiet b’mod strutturat dwar il-ftehim settorali tad-dentisti sabiex jintlaħaq ftehim aħħari.