Wara taħdidiet intensivi, l-Unjin Ħaddiema Maqgħudin issospendiet l-azzjonijiet industrijali mid-dentisti fl-isptar Mater Dei. Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fuq is-sit soċjali Twitter.
Is-sospensjoni tal-azzjonijiet industrijali waslet wara sensiela ta’ taħdidiet bejn il-Ministeru tas-saħħa u l-Unjin Ħaddiema Maqgħudin.
After intensive talks UHM suspends industrial actions by #dentists at Mater Dei: Good news for our patients.
— Chris Fearne (@chrisfearne) March 25, 2019
F’kummenti ma’ one.com.mt, il-Ministru Fearne qal li wara xhur ta’ taħdidiet, intlaħaq bażi ta’ ftehim li jfisser li filwaqt li jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tad-dentisti li jaħdmu f’Mater Dei, se jiżdiedu s-servizzi lill-pazjenti. Il-Ministru qal li se tiżdied l-effiċjenza fid-Dipartiment u jingħataw iżjed appuntamenti biex tonqos il-lista ta’ stennija.
Fl-istess waqt ħabbar li fiż-żmien li ġej se jiżdiedu r-riżorsi biex jiddaħħal servizz ta’ emerġenza għall-Ħdud u l-festi pubbliċi.