Il-gvern issospenda avviżi legali dwar kundizzjonijiet tax-xogħol wara li nqalgħet diskussjoni hekk kif dawn ġew ippubblikati. Dawn l-avviżi ġew ippubblikati wara li kien hemm diskussjoni mal-imsieħba soċjali, fl-ambitu tal-Bord għar-Relazzjonijiet Industrijali.
Madankollu, bħala sinjal ta’ rieda tajba, wara li jidher li dawn l-avviżi legali qed iqanqlu aktar diskussjoni, id-Dipartiment tal-Impjiegi u Relazzjonijiet Industrijali se jissospendi dawn l-avviżi.
Dan se jsir biex dawn l-avviżi legali jitpoġġew fuq il-mejda tad-diskussjoni li qed issir bħalissa bejn il-gvern u l-imsieħba soċjali dwar titjib ieħor fil-kundizzjonijiet tax-xogħol kif imwegħda fil-manifest elettorali.