Jintlaħaq ftehim bejn is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, Anzjanitá Attiva flimkien mal-management tar-Residenza ta’ San Vinċenz u ż-żewġ Unions li jassigura li b’mod immedjat ix-xogħol imwettaq mis-Supporting Staff tal-istess Residenza se jibqa’ fuq l-istess livell li kien qabel ma ddaħħlu fis-seħħ l-azzjonijiet . Din id-direttiva kienet parti minn azzjoni industrijali li kienet titlob li l-carers ma jaħslux aktar minn ħames anzjani kull wieħed bħala protest biex ix-xogħol tal-infermiera ma jsirx mill-carers.
Il-partijiet qablu li biex jiġi assigurat l-interess tal-pazjent, ser ikunu qed isegwu u josservaw il-miżuri addizzjonali li ser jiddaħlu, u li jibqa’ jingħata servizz ta’ kwalità lill-pazjent kif ukoll id-drittijiet tal-ħaddiema jkunu salvagwardjati.
Ir-rapprezentanti tal-ħaddiema, il-GWU u l-UĦM, b’ġest ta’ rieda tajba għall-azzjonijiet li ttieħdu mis-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva flimkien mal-Management se jissospendu b’mod immedjat l-azzjonijiet li hemm fis-seħħ fl-istess Residenza.