Il-Union Ħaddiema Magħqudin ħabbret li ssospendiet id-direttivi kollha b’mod immedjat fil-qasam tas-saħħa.
Fi stqarrija, l-unjin qalet li llum waranofsinhar kellha laqgħa mal-Prim Ministru, id-deputat Prim Minsitru u l-Kap taċ-Ċivil dwar il-kwistjoni tal-għarfien ewlieni tal-Allied Health Professionals.
Il-UHM qalet li wara li l-Prim Ministru għarrafha li sal-aħħar tax-xahar se tingħata deċiżjoni finali, l-unjin apprezzat il-ġest u l-impenn tiegħu u b’sens ta’ responsabbiltà lejn il-pazjent u ta’ rieda tajba, issospendiet id-direttivi kollha b’mod immedjat.