Azzjonijiet industrijali mill-fiżjoterapisti u l-ispiżjara fid-Dipartiment tas-Saħħa kienu sospiżi mill-unjins b’effett immedjat.
Ħabbar dan il-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, fi tweet ftit li fiha rringrazzja lill-unjins tal-koperazzjoni tagħhom.
Kienet l-unjin tal-infermiera u l-qwiebel, l-MUMN, li fl-aħħar jiem iddikjarat li trid kundizzjonijiet aħjar għall-fiżjoterapisti u għalhekk kienet se tieħu dawn l-azzjonijiet jekk il-karbiet tagħha ma jinstemgħux mill-awtoritajiet konċernati.
Anke l-ispiżjara, irrappreżentati mill-UĦM ukoll riedu laqgħat dwar il-ftehim settorjali.
Jirriżulta li wara diskussjonijiet bejn l-awtoritajiet u l-unjins l-azzjonijiet kienu sospiżi.