Il-General Workers’ Union ħabbret li, wara diversi ġimgħat, qed tissospendi l-azzjonijiet industrijali relatati ma’ nuqqas ta’ qbil dwar il-pakkett finanzjarju tal-ftehim kollettiv offrut mill-aġenzija LESA.
Il-junjin ħadet din id-deċiżjoni fid-dawl tal-fatt li, fis-sigħat li għaddew, kien hemm żviluppi wara li l-aġenzija LESA ħabbret li lesta toffri pakkett finanzjaru ferm aktar vantaġġjuż minn dak offrut s’issa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-General Workers’ Union qalet li, għaldaqstant, b’responsabbiltà u b’rieda tajba sabiex il-partijiet jerġgħu jpoġġu madwar il-mejda tan-negozjati, se tissospendi temporanjament id-direttivi kollha li huma attivi preżentament b’effett minn għada l-Ġimgħa 8 ta’ Lulju sakemm jiġi evalwat il-pakkett finanzjarju l-ġdid.