Il-kummissarju tad-dixxiplina tal-MFA ħabbar s-sospensjonijiet tiegħu fejn 11 il-plejer mill-Kampjonat Premier ġew sospiżi logħba kull wieħed.
Id-duo ta’ Balzan Ivan Bozovic u Matheus Nogureira Albuguerque de Sousa ġew sospiżi logħba kull wieħed u għalhekk ser jitilfu l-partita tas- 7 ta’ Jannar kontra St. Lucia.
Diego Pires Dall’Oca ta’ Birkirkara ġie sospiż partita filwaqt li l-kowċ tal-stess Birkirkara Giovanni Tedesco ġie sospiż żewġ partiti u għalhekk mhux ser ikun jista jmexxi lit-tim għal ewwel żewġ konfronti tas-sena 2023 kontra Żebbuġ Rangers u Floriana. Dall’Oca ser jitlef biss il-konfront kontra Żebbuġ.
Zach Cassar ta’ Floriana ser jitlef il-partita kontra Sirens kif ser jitilfu lis-stess dwell it-tlett plejers ta’ Sirens Degran Jackson, Marcelo Pereira Muniz u Rei Tachikawa.
Karl Micallef ta’ Gudja United, Thaylor Aldama ta’ Hibernians u Enmy Manuel Pena Beltre ta’ Valletta ġew sospiżi logħba kull wieħed u għalhekk ser jitilfu l-partiti kontra Gżira, Hamrun u Pieta rispetivament.
Tyrone Farrugia ta’ Mosta ġie sospiż żewġ logħbiet u għalhekk ser jitlef il-konfront kontra Marsaxlokk u dak kontra Hibernians.