Il-Unjin tal-Infermiera u l-Qwiebel, l-MUMN, se tkun qed tirtira tilwima industrijali li rreġistrat mal-awtoritajiet tas-saħħa dwar roster ġdid għall-infermiera f’Għawdex.
Din it-tilwima industrijali ġiet irtirata wara ftehim li ntlaħaq waqt laqgħa li saret bejn il-Ministeru għas-Saħħa, l-MUMN u l-amministrazzjoni tal-Isptar ta’ Għawdex.
Minbarra l-kwistjoni dwar ir-roster, fil-laqgħa ġew diskussi wkoll temi oħra bejn il-partijiet konċernati.