ONE News jinsab infurmat li ġiet sospiża t-tfitxxija għall-persuna li waqgħet il-baħar fl-inħawi tal-Belt.
Sorsi qalu ma’ dan l-istazzjoni li t-tfittxija ġiet sospiża minħabba l-maltemp qawwi li qed jiddomina, partikolarment ir-riħ li anke jagħmilha diffiċli ħafna biex it-tfittxija tkun tista’ ssir mill-ajru.
It-tfittxija terġa’ tissokta fis-sigħat li ġejjin.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ waranofsinhar wara li persuna rat lill-persuna oħra jeħodha l-mewġ taħt il-Forti ta’ Sant Iermu. It-tfittxija saret fuq il-baħar b’dinghy. Apparti minn hekk ittajjar ukoll il-helikopter AW139 fl-akkwati fejn seħħ il-każ.
it-tfitxxija hija kkordinata minn uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili flimkien ma’ suldati mill-iskwadra marittima tal-Forzi Armati ta’ Malta.