Ġiet sospiża t-tfittxija għall-ajruplan tal-linja tal-ajru Malaysian Airlines, li kien għeb tliet snin ilu b’293 persuna abbord.
Fi stqarrija konġunta, l-Awstralja, il-Malażja u ċ-Ċina qalu li din id-deċiżjoni ttieħdet b’sens ta’ dieqa, wara tfittxija li ma ħalliet ebda frott f’aktar minn 120,000 metru skwadru tal-Oċean Indjan.
Kienu diversi familji tal-vittmi li wieġbu għal din id-deċiżjoni, li sejħulha rresponsabbli, u li qalu li t-tfittxija għandha tkompli.
It-titjira MH370 kienet sparaixxiet minn fuq ir-radar meta kienet fi triqitha minn Beijing lejn Kuala Lumpur fl-elfejn u erbatax.
Sa issa kienu biss sebgħa mill-għoxrin biċċa tal-ajruplan li ġew rikoverati u maħsuba li huma mill-Boeing 777 – l-ajruplan li għeb u tliet snin wara ħalla warajh ħafna mistoqsijiet mhux imwieġba.