Kelliem għall-Ministeru għall-Edukazzjoni qal lil ONE News li l-awtoritajiet kompetenti qed jieħu bl-akbar serjetà każ ta’ koppja miżżewġa minn Santa Venera li joperaw żewġ childcare centres u lbieraħ ġew mixlija fil-Qorti b’rabta mat-traffikar tal-bnedmin u -tmexxija ta’ burdell f’Wied il-Għajn, u li għexu minn fuq il-qligħ mill-prostituzzjoni.
Il-kelliem tal-Ministeru qal li, fid-dawl tal-allegazzjonijiet li saru, ittieħdet id-deċiżjoni li l-liċenzja taċ-child care centres, wieħed is-Swieqi u l-ieħor il-Mosta, tiġi sospiża.
Quddiem il-maġistrat Rachel Montebello, Duncan Caruana, ta’ 35 sena, u Francesca Caruana, ta’ 29 sena, wieġbu li m’humiex ħatja. Il-Qorti żammithom taħt arrest.