Applikazzjoni biex tiġi żviluppata lukanda fil-qalba ta’ Birkirkara, biswit il-Bażilika ta’ Santa Liena, ġiet sospiża. L-applikazzjoni kienet qanqlet mijiet ta’ oġġezzjonijiet mill-pubbliku u anke oġġezzjoni qawwija mis-Sovrintendenza għall-Wirt Kulturali.
L-applikazzjoni tipproponi wkoll l-estensjoni ta’ binja moderna ta’ erba’ sulari. Is-sit fl-applikazzjoni hu parti minn żona ta’ konservazzjoni urbana ta’ Birkirkara, fejn bl-estensjoni kienet se tittieħed parti kbira mill-ġnien eżistensti tad-dar.
Mistoqsi dwar din l-applikazzjoni f’Awwissu li għadda, il-Prim Ministru Robert Abela kien stqarr li jekk applikazzjoni li tidħol hi non-starter, l-Awtorità għandha tieħu deċiżjoni waħda li tkun ċara.
Il-Prim Ministru żied jgħid li dan hekk kif għandhom jiddaħħlu biss applikazzjonijiet skont il-parametri tal-liġi u li jirrispettaw il-komunità.