It-Times irrapportat li s-Supretendent tal-Pulizija Maurice Curmi ġie sospiż mill-Korp tal-Pulizija wara li ttestja fil-pożittiv għad-droga kokaina.
Ġie rrapportat li hu nstab fil-pożittiv għad-droga nhar il-Ġimgħa li għadda, wara li sarlu test mill-awtoritajiet tal-Pulizija. Is-sorsi tat-Times sostnew li l-awtoritajiet tal-Pulizija ma nsewx l-imġieba passata ta’ Curmi u baqgħu jsegwuh.
Intqal li l-Korp tal-Pulizija ma jittollera l-ebda mġieba abbużiva u li hi kontra l-liġi, anke jekk uffiċjal ikollu pożizzjoni għolja fi ħdanu.
Maurice Curmi kien diġà nstab pożittiv għad-droga kokaina f’Jannar tal-2021, iżda ftit xhur wara ġie illiberat minħabba li t-test li ntuża kien wieħed kliniku u mhux tajjeb għal skopijiet legali.