In-Nazzjonijiet Magħquda ssospendiet d-distribuzzjoni tal-ikel f’żewġt ibliet fit-Tramuntana tal-Etjopja wara li rġiel armati fetħu n-nar fuq l-imħażen tagħhom.
In-Nazzjonijiet Magħquda qalet irġiel armati sa snienhom u li huma mill-forzi ribelli tat-Tigrayan ħatfu lill-ħaddiema u żammewhom ostaġġi.
Huwa serqu kwantijtajiet kbar t’ikel essenzjali fosthom għall-tfal b’nuqqas ta’ nutrizzjoni.
Aktar minn disa’ miljun persuna fit-Tramuntana tal-Etjopja bħalissa qed ibgħatu l-ġuħ wara aktar minn sena ta’ ġlied bejn ir-ribelli u l-forzi tal-gvern fi gwerra ċivili.