Il-ġuri dwar il-qtil ta’ Brandon Pace, magħruf bħala “Galalli”, ġie sospiż wara li erba’ ġurati ħassewom ma jifilħux. Għalhekk issejjaħ tabib fuq il-post li min-naħa tiegħu ordna lill-persuni sabiex jistrieħu.Matul il-jum ta’ għada huwa mistenni jagħti aġġornament rigward is-saħħa tagħhom lill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera.
Pace kien inqatel b’ħames daqqiet ta’ sikkina fit-2 ta’ April 2017, fi Triq Giovanni Barbara fil-Ħamrun. L-akkużati huma Joseph Grech ta’ 61 sena u ibnu Kurt ta’ 31 sena magħruf bħala “in-Nemes”. Minbarra l-qtil il-missier u l-iben qed jiġu akkużati wkoll bil-pussess ta’ skieken, theddid u ksur tal-paċi pubblika.
Bħalissa l-ġuri jinsab fil-proċess fejn qed jitressqu l-provi mid-difiża.