Il-plejer ta’ Qala Saints Emmanuel Cordina ġie sospiż għal 12 il-xahar wara li l-Kummissarju tad-dixxiplina tal-MFA reġa’ daħħal fil-każ hekk kif irċieva t-tieni rapport mediku tar-referee Joseph Agius.
Oriġinarjament Cordina ġie sospiż 8 xhur wara li fil-logħba mill-Kampjonat GFA tat-tieni divizjoni ta’ nhar is-Sibt kontra Oratory Youths, aggredixxa lir-referee Joseph Agius tant li l-logħba ġiet abbandunata fil-63 minuta.
Minkejja li l-logħba waqfet kwazi nofs siegħa qabel, il-Gozo Football Association iddeċidiet li tagħti t-tlett punti lit-tim ta’ Oratory Y.
Is-sospenzjoni oriġinali xejn ma niżlet tajjeb mal-Malta Referees Association tant li fl-ewwel reazzjoni tagħhom, l-assoċjazzjoni tar-referees iddeskrivit din is-sospenzjoni bħala redikola.
Jidher li l-istess referee Joseph Agius aktar kmieni llum iddeċieda li jirtira u ma jkomplix jirrefja iżjed għalkemm din id-deċizjoni jista jkun li tinbidel hekk kif ħraxxet id-dixxiplina fil-konfront tal-plejer ta’ Qala Emmanuel Cordina.