Il-Parlament Ewropew issospenda lill-Membru Parlamentari Ewropew Pollakk għal għaxart ijiem wara l-kumment li qal waqt dibattitu, fejn sostna li n-nisa għandhom jitħallsu inqas paga mis-sess maskili għax huma inferjuri u inqas inteliġenti.
Janusz Korwin-Mikke, li għandu 74 sena, se jiġi mwaqqaf milli jieħu sehem f’attivitajiet parlamentari għal għaxart ijiem, u mitlub li jħallas lura paga ta’ xahar.
Il-President tal-Parlament Ewropew, Antonio Tajini, dalgħodu ħabbar li wara li saret investigazzjoni ġie deċiż li Korwin-Mikke għandu jħallas ta’ għemilu.
Tajini qal li l-kummenti li għadda l-istess politikant imorru kontra r-regoli tal-Parlament Ewropew.
Apparti li ġie mwaqqaf mix-xogħol għal għaxart ijiem u li ġie mitlub iħallas lura xahar paga, il-politikant Pollakk “hu pprojbit milli jirrappreżenta lill-parlament waqt konferenzi u forums għal perjodu ta’ sena li tibda mil-lum.”